Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' April 2007 - Allos Walter Lang vs L-UASI - Kokoriko (Coco Rico)

(Kawża T-126/07)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Allos Walter Lang GmbH (Mariendrebber, il-Ġermanja) (rappreżentant: avv. H. Heldt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : KOKORIKO, Ltda

Talbiet tar-rikorrenti

tissospendi l-proċedura sakemm tingħata deċiżjoni definittiva dwar ir-rikors għal annullament pendenti quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-proċeduri 2069 C u 2070 C.

tannulla d-deċiżjoni B 696684 tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni tal-31 ta' Mejju 2006, kif ukoll id-deċiżjoni R 1047/2006-2 tat-Tieni Bord ta' l-Appell tas-16 ta' Frar 2007, u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell sabiex dan jiddeċiedi mill-ġdid;

tikkundanna l-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark komunitarja: Allos Walter Lang GmbH

Trade mark komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Coco Rico" għal prodotti fil-klassi 30 (talba għar-reġistrazzjoni Nru 2 949 899).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: KOKORIKO, Ltda.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "KOKORIKO" (trade mark Komunitarja Nru 101 366) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 42 kif ukoll it-trade mark figurattiva "KOKORIKO" (trade mark Komunitarja Nru 101 626) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 42.

Deċiżjoni tad-diviżjoni ta' l-oppożizzjoni: jilqa' l-oppożizzjoni u jiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: iċ-ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Bord ta' l-Appell ma kkunsidrax ir-rikors għall-annullament tat-trade marks opposti ppreżentat mir-rikorrenti. Skond ir-rikorrenti, fil-każ ta' l-annullament tat-trade marks opposti, ma jkunx hemm motiv għaċ-ċaħda ta' reġistrazzjoni tat-trade mark li hija tixtieq tirreġistra skond l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/941.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).