Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Marzu 2009 - Scientific and Technological Committee of AGH et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/07)1

("Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teknoloġiji ta' ħażna taħt l-art tad-dijossidu tal-karbonju - Nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu pożizzjoni - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: Il-Pollak

Partijiet

Rikorrenti: Scientific and Technological Committee of AGH University of Science and Technology (Krakow, il-Polonja); Europejskie Stowarzyszenie Ochrony Środowiska (Krakow); Przedsiębiorstwo Usług Geologiczno - Wiertniczych Chemkop-Geowiert sp. z o.o. (Krakow); Stowarzyszenie Obrony Środowiska (Krakow); Fundacja Partnerstwo dla Środowiska (Krakow); Niezależne Forum Ochrony Biosfery Ziemi (Skawina, il-Polonja); Jan Adamczyk (Krakow); u Emanuel Lipartowski (Krakow) (rappreżentanti: inizjalment A. Żuraniewski, u sussegwentement M. Rogoziński u B. Balcerzak, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u M. Kaduczak, aġenti)

Suġġett

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkontestat in-nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni, minħabba li din asteniet, minn naħa, li tieħu pożizzjoni fuq il-problema tar-riskji fuq il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea u marbutin mal-ħażna taħt l-art tad-dijossidu tal-karbonju u mal-ispostament tagħha mill-formazzjonijiet ġeoloġiċi għal wiċċ l-art, u min-naħa l-oħra, li tieħu miżuri reali għall-protezzjoni tal-ħajja tal-popolazzjoni u tal-ambjent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Scientific and Technological Committee of AGH University of Science and Technology, Europejskie Stowarzyszenie Ochrony Środowiska, Przedsiębiorstwo Usług Geologiczno - Wiertniczych Chemkop-Geowiert sp. z o.o., Stowarzyszenie Obrony Środowiska, Fundacja Partnerstwo dla Środowiska, Niezależne Forum Ochrony Biosfery Ziemi, Jan Adamczyk u Emanuel Lipartowski huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 140, 23.6.2007.