Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 – GRE vs UASI – Villiger Söhne (LIBERTE american blend fuq sfond aħmar)

(Kawża T-206/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIBERTE american blend – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti La LIBERTAD – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Villiger Söhne GmbH (Waldshut-Tiengen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Pikolin u H. McKenzie, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 411/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Villiger Söhne GmbH u GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 209, 14.07.2012.