Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Hübner vs UASI – Silesia Gerhard Hanke (Original silicea Kieselsäure-Gel)

(Kawża T-211/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Anton Hübner GmbH & Co. KG (Ehrenkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Kirchgäßner, sussegwentement R. Kunz-Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Silesia Gerhard Hanke GmbH & Co. KG (Norf, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Krieger, avukat)

SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 351/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Silesia Gerhard Hanke GmbH & Co KG Anton Hübner GmbH & Co. KG.DispożittivMa hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.