Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-207/12 P)1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Att li jsegwi talba għall-inseriment ta’ dokument fil-proċess imwettaq bil-għan li tiġi pproċessata t-talba għal rikonoxximent tal-oriġini inċidentali ta’ avveniment subit mir-rikorrent – Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju – Att preparatorju – Att informattiv – Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser, J. Currall u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Frar 2012, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-3/11, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

____________

1  ĠU C 194, 30.6.2012.