Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Frar 2012 - Cytochroma Development vs UASI - Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)

(Kawża T-106/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cytochroma Development, Inc. (St. Michael, Barbados) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister u A. Smith, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalem, l-Iżrael)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta' Diċembru 2011 fil-Każ R 1235/2011-1; u

Tordna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell biex ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "ALPHAREN", għall-oġġetti fi klassi 5 - Applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4320297

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: Trade mark Ungeriż b'reġistrazzjoni Nru 134972 tat-trade mark verbali "ALPHA D3", għall-oġġetti fi klassi 5; Trade mark Litwan b'reġistrazzjoni Nru 20613 tat-trade mark verbali "ALPHA D3" għall-oġġetti fi klassi 5; Trade mark Latvjan b'reġistrazzjoni Nru M30407 tat-trade mark verbali "ALPHA D3", għall-oġġetti fi klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 1(d)(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 216/96 billi membru tal-Bord li ħa d-deċiżjoni oriġinali kien ukoll membru tal-Bord li ħa d-deċiżjoni l-ġdida wara r-rinviju; ksur tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u l-Artikolu 1(d)(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 216/96 dwar il-miżuri li ttieħdu sabiex jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali; Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 dwar l-eżaminazzjoni tal-fatti fuq inizzjattiva tiegħu stess f'każ ta' raġunijiet relattivi; ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, kif ukoll l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

____________