Language of document : ECLI:EU:T:2013:340





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Lulju 2013 — Cytochroma Development vs UASI – Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)

(Kawża T‑106/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALPHAREN — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALPHA D3 — Raġuni relattiva għal rifjut — Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni ta’ wieħed mill-Bordijiet tal-Appell tiegħu — Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-Appell — Artikolu 1(d) tar-Regolament (KE) Nru 216/96”

1.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza — Retroattività tal-annullament (Artikolu 266 TFUE) (ara l-punti 37, 38)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Eżami limitat għall-motivi invokati — Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti magħrufa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1) (ara l-punt 51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 1235/2011‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Teva Pharmaceutical Industries Ltd u Cytochroma Development, Inc.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-2 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 1235/2011‑1), hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.