Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-118/13) 1

(Servizz pubbliku – Kwistjonijiet proċedurali – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera dwar il-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2001 u l-31 ta’ Diċembru 2002 u għall-annullament ta’ punti ta’ mertu mogħtija matul il-proċedura ta’ promozzjoni 2003.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.