Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 – Probst vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/13) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjal – Allowance tal-espatrijazzjoni – Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għal eżami mill-ġdid – Fatti ġodda u sostanzjali – Rikors manifestament inammissibbli)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Norbert Probst (Genval, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jingħatax il-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.N. Probst għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.