Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI – Recticel (λ)

(Kawża T-215/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja figurattiva λ – Użu ġenwin – Użu bħala parti minn trade mark kumplessa – Prova tal-użu – Artikolu 15 u Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment L. Rampini, sussegwentement P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Recticel SA (Brussell, il-Belġju)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2013 (Każ R 112/2012-15), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni bejn Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG u Recticel SA.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 178, 22.6.2013.