Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2013 – Microsoft vs UASI – Softkinetic Software (KINECT)

(Kawża T-536/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mircrosoft Corp. (Redmond, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Meijboom, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Softkinetic Software SA (Brussell, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Lulju 2013 fil-Każ R 2373/2011-1;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri; u

tordna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li tintervjeni, tbati l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KINECT” għal prodotti fil-klassi 9 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 058 141Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “SOFTKINETIC” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28, 38, 41 u 42 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 025 034 li tkopri l-Unjoni Ewropea; it-trade mark verbali “SOFTKINETIC” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28, 38, 41 u 42 – Reġistrazzjoni għal trade mark Benelux Nru 850 946Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożiz

zjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u deċiżjoni kkontestata annullataMotivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(5) u 8(1

)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.