Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ġunju 2009 - Feng Shen Technology vs UASI - Majtczak (FS)
(Kawża T-227/09)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Feng Shen Technology Co. Ltd (Gueishan, Tajwan) (rappreżentanti: W. Festl-Wietek u P. Rath, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jarosław Majtczak (Łódź, il-Polonja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta' April 2009, fil-Każ R 529/2008-4;
tiddikjara t-trade mark Komunitarja Nru 4 431 391 invalida; u
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark "FS" għal prodotti fil-klassi 26 - Trade mark Komunitarja Nru 4 431 391
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Diversi reġistrazzjonijiet ta' trade marks preċedenti għas-sinjal figurattiv "FS" f'Tajwan, iċ-Ċina, u l-Gana fir-rigward ta' żippijiet u prodotti relatati
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li sar l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009), peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa b'mod xieraq il-provi u d-dokumenti mressqa mill-partijiet u naqas milli janalizza b'mod xieraq il-fatti bħala kundizzjoni preliminari sabiex jiġi kkonstatat li l-applikazzjoni għal trade mark inkwistjoni kienet saret in mala fede
____________