Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Frar 2024 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Poznaniu - il-Polonja) – OR et vs Getin Noble Bank S.A.

(Kawżi magħquda C-449/23 u C-450/23 1 , Witon u Ralecyk 2 )

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 267 TFUE – Neċessità ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha – Assenza – Natura ipotetika tad-domandi preliminari – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OR (C-449/23), LO, KQ, OX (C-450/23)

Konvenut: Getin Noble Bank S.A.

Dispożittiv

It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Poznaniu (il-Qorti Reġjonali ta’ Poznań, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjonijiet tal-15 ta’ Marzu 2023, huma manifestament inammissibbli.

____________

1     Data tat-tressiq: 18.7.2023.

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.