Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2012 - DEI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/09) 

("Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Swieq Griegi għall-provvista ta' linjite u ta' bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku - Deċiżjoni li tistitwixxi miżuri speċifiċi sabiex tirrimedja għall-effetti antikompetittivi ta' ksur tal-Artikolu 86(1)KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE, ikkonstatat f'deċiżjoni preċedenti - Artikolu 86(3)KE - Annullament tad-deċiżjoni preċedenti")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Grecja) (rappreżentant: P. Anestis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou u A. Antoniadis, aġenti, assistiti minn A. Oikonomou, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti : Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti, assistiti minn M. Marinos, avukat)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 6244 finali, tal-4 ta' Awwissu 2009, li tistitwixxi miżuri speċifiċi sabiex tirrimedja għall-effetti antikompetittivi tal-ksur stabbilit f'deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2008 dwar l-għoti u ż-żamma mir-Repubblika Ellenika ta' drittijiet favur DEI għall-estrazzjoni ta' linijite.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 6244, tal-5 ta' Marzu 2008, li tistitwixxi miżuri speċifiċi sabiex tirrimedja għall-effetti antikompetittivi tal-ksur stabbilit f'deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2008 dwar l-għoti u ż-żamma mir-Repubblika Ellenika ta' drittijiet favur DEI għall-estrazzjoni ta' linijite. dwar l-għoti jew iż-żamma mir-Repubblika Ellenika ta' drittijiet lil Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) għall-estrazzjoni ta' linjite, hija annullata.

Il-Kummissjoni hija kkundannata li tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta' DEI.

3)    Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 11, 16.01.2010.