Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2019 – WM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: WM (rappreżentant: B. Entringer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tas-Selezzjoni tas-27 ta’ Settembru 2017 fil-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/338/17 dwar ir-rifjut li tinkludi lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta’ April 2018 li tiċħad l-ilment Nru R/75/17;

tagħti lir-rikorrent ammont ta’ mhux inqas minn EUR 25 000 bħala danni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed li jallega li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament relatati ma’ impjieg u xogħol.

Insostenn tal-motiv tiegħu, ir-rikorrent jirreferi għall-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/78 1 u għall-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u jargumenta li l-konvenuta naqset milli twettaq l-evalwazzjoni individwali meħtieġa tar-rekwiżiti tar-rikorrent.

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)