Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Dow AgroSciences u Dintec Agroquímica – Produtos Químicos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-446/10) 1

[“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva trifluralin – Nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE – Regolament (KE) Nru 33/2008 – Proċedura aċċellerata ta’ evalwazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dow AgroSciences Ltd (Hitchin, ir-Renju Unit); u Dintec Agroquímica – Produtos Químicos, Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Ondrůšek u F. Wilman, sussegwentement minn P. Ondrůšek u G. von Rintelen, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)SuġġettTalba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/355/UE, tal-25 ta’ Ġunju 2010, dwar li ma għandux jiġi inkluż trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 160, p. 30). DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Dow AgroSciences u Dintec Agroquímica – Produtos Químicos, Lda għandhom ibatu, barra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 346, 18.12.2010.