Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Ottubru 2023 – Servoprax GmbH vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-631/23, Servoprax)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Servoprax GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Duisburg

Domandi preliminari

In-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/97 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana 1 , kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016 2 , bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta’ Ottubru 2017 3 kif ukoll bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1602 tal-11 ta’ Ottubru 2018 4 , għandha tiġi interpretata fis-sens li ċ-ċintorini tat-tip deskritti fid-digriet għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 9018 90 84 tan-Nomenklatura Magħquda?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: it-tieni sentenza tal-Artikolu 252 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 1 hija valida?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

1     ĠU 2016, L 294, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2016, L 329, p. 119 u fil-ĠU 2017, L 150, p. 19.

1     ĠU 2017, L 282, p. 1.

1     ĠU 2018, L 273, p. 1.

1     ĠU 2015, L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2016, L 87, p. 35, fil-ĠU 2017, L 101, p. 164, fil-ĠU 2018, L 75, p. 41 u fil-ĠU 2021, L 382, p. 60