Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2024 – Osculati vs EUIPO - Olymp Bezner (O)
(Kawża T-98/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Osculati Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: C. Bacchini, M. Mazzitelli, E. Rondinelli u L. Seri, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Olymp Bezner KG (Bietigheim-Bissingen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva O – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 631 210 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 838/2023-4 kif emendata bil-korriġendum tal-11 ta’ Jannar 2024
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tilqa’ d-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni li permezz tagħha ġiet miċħuda l-oppożizzjoni;
tikkundanna lill-EUIPO u lil Olymp Bezner KG għall-ispejjeż, inklużi dawk fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 59(2) ta-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Appell;
Ksur tal-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 59(1) ta-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Appell;
Ksur tal-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 59 ta-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Appell;
Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 54(1) ta-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Appell, u ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________