Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ottubru 2010 - SE - Blusen Stenau vs UASI - SPORT EYBL & SPORTS EXPERTS (SE(c) SPORTS EQUIPMENT)

(Kawża T-477/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SE - Blusen Stenau GmbH (Gronau, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SPORT EYBL & SPORTS EXPERTS GmbH (Wels, l-Awstrija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Lulju 2010 fil-Każ R 1393/2009-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: SPORT EYBL & SPORTS EXPERTS GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "SE(c) SPORTS EQUIPMENT" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali Ġermaniża u reġistrazzjoni internazzjonali "SE" għal prodotti fil-klassi 25 u trade marks verbali Ġermaniżi "SE So Easy" u "SE-Blusen" għal prodotti fil-klassijiet 14, 18, 24 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni appellata ġiet annullata u mibgħuta lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għal evalwazzjoni ulterjuri

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 peress li t-trade marks inkwistjoni huma identiċi u hemm probabbiltà ta' konfużjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1).