Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2013 – Naazneen Investments vs UASI - Energy Brands (SMART WATER)

(Kawża T-250/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Naazneen Investments Ltd (Limassol, Ċipru) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Energy Brands, Inc. (New York, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tanulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell fil-Każ R 1101/2011-2;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “SMART WATER”, reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 781 153

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja rrevokata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.