Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Lulju 2011 - Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-362/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Greenpeace Nederland (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Kloostra, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2011 tikser ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 1;

tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2011 tikser il-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 2,

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2011, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għaliex ma ddeċidietrx fit-termini preskritti dwar l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti u għaliex ma tipprovdix raġunijiet iddettaljati għaliex għamlet hekk.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta' Aarhus, l-Artikolu 4(2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 għal nuqqas ta' evalwazzjoni, peress li:

ir-raġuni għar-rifjut ma hijiex konformi mal-Konvenzjoni ta'Aarhus;

l-informazzjoni mitluba tikkwalifika bħala informazzjoni dwar emissjonijiet fl-ambjent, u

hemm interess pubbliku imperattiv fl-iżvelar tal-informazzjoni mitluba mir-rikorrenti.

____________

1 - Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01 Vol. 3 p. 331)

2 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006 L 264, p. 13)