Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2023 – Ofree vs EUIPO – Gamigo (gamindo)
(Kawża T-91/23)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Ofree Srl (Treviso, l-Italja) (rappreżentant: L. Sergi, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gamigo AG (Amburgo, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “gamindo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 105 987
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 632/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jħallsu l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-proċedimenti f'din il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001, tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 296(2) TFUE.
____________