Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fid-9 ta’ Frar 2022 – TT vs AK

(Kawża C-87/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TT

Konvenut: AK

Domandi preliminari

1.    L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru, li jkollu l-ġurisdizzjoni dwar is-sustanza tal-kwistjoni, jista’ wkoll jitlob lil qorti ta’ Stat Membru ieħor li miegħu l-minuri jkollu konnessjoni partikolari, li huwa jqis li tkun f’pożizzjoni aħjar sabiex tisma’ l-kawża, jew parti speċifika mill-kawża, teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha, anki jekk l-Istat Membru l-ieħor ikun dak li fih il-minuri jkun kiseb residenza abitwali wara tneħħija illeċita?

2.    Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

L-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kriterji ta’ trasferiment tal-ġurisdizzjoni huma stipulati b’mod eżawrjenti, mingħajr ma huma meħtieġa kriterji oħra fir-rigward ta’ proċeduri mibdija skont l-Artikolu 8(f) tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili Internazzjonali tal-Ħtif tal-Minuri?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-ĠU 2013, L 82 p. 63.