Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta' Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Oberlandesgericht Frankfurt am Main - il-Ġermanja) - Chemische Fabrik Kreussler & Co. GmbH vs Sunstar Deutschland GmbH, li kienet John O. Butler GmbH

(Kawża C-308/11) 

"Direttiva 2001/83/KEE - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Artikolu 1(2)(b) - Kunċett ta' 'prodott mediċinali minħabba użu' - Definizzjoni tal-kunċett ta' 'azzjoni farmakoloġika'"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Chemische Fabrik Kreussler & Co. GmbH

Konvenuti: Sunstar Deutschland GmbH, li kienet John O. Butler GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Oberlandesgericht Frankfurt am Main - Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262) - Klassifikazzjoni ta' prodott bħala prodott mediċinali - Likwidu għat-tlaħliħ tal-ħalq b'kloressidin ta' 0.12 % - Kunċett ta' "azzjoni farmakoloġika"

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa possibbli, li sabiex jiġi ddefinit il-kunċett ta' "azzjoni farmakoloġika" skont din id-dispożizzjoni, li tittieħed inkunsiderazzjoni d-definizzjoni ta' dan il-kunċett li jinsab fid-dokument ta' gwida żviluppat flimkien mid-dipartimenti tal-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar id-delimitazzjoni bejn id-Direttiva 76/768 dwar il-prodotti kożmetiċi u d-Direttiva 2001/83 dwar il-prodotti mediċinali.

L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83 kif emendata bid-Direttiva 2004/27, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex meħtieġ, sabiex sustanza jkollha "azzjoni farmakoloġika" skont din id-dispożizzjoni, li jkun hemm interazzjoni bejn il-molekuli li jikkomponuha u l-kostitwent ċellolari tal-ġisem tal-utent, interazzjoni bejn l-imsemmija sustanza u kwalunkwe kostitwent ċellolari preżenti fil-ġisem tal-utent tista' tkun biżżejjed.

____________

1 - ĠU C 282, 24.09.2011.