Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' April 2011 - Gruber vs UASI (Run the globe)

(Kawża T-12/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Run the globe - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Alexander Gruber (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Kienle u M. Krinke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' Novembru 2008 (Każ R 1779/2007-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Run the globe bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Alexander Gruber huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 69, 21.03.2009.