Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta' Marzu 2010 - Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)

(Kawża T-15/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC CASH - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009])

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Européenne de traitement de l'information (Euro-Information) (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta' Novembru 2008 (Każ R 70/2006-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EURO AUTOMATIC CASH bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta' Novembru 2008 (Każ R 70/2006-4) hija annullata.

L-UASI għandu jbati erba' partijiet minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali.

L-Européenne de traitement de l'information (Euro-Information) għandha tbati parti minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż indispensabbli sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

____________

1 - ĠU C 69, 21.3.2009.