Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Settembru 2011 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-67/10) 1

("FAEGG - Taqsima 'Gwida' - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Għajnuna finanzjarja allokata għal programm operattiv intiż għat-titjib tal-ipproċessor u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli - Effettività tal-kontrolli - Proporzjonalità")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9827, tal-10 ta' Diċembru 2009, dwar applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna tal-FAEGG, taqsima "Gwida", allokata għall-programm operattiv CCI 2000.ES.16.1.PO.007 (Spanja - Castilla u León) skont il-miżura ta' titjib tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.