Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Novembru 2009 - France u France Télécom vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-427/04 u T-17/05)1

"Għajnuna mill-Istat - Sistema ta' ssuġġettar ta' France Télécom għat-taxxa fuq in-negozju għas-snin 1994 sal-2002 - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Vantaġġ - Preskrizzjoni - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali - Kolleġġjalità - Drittijiet tad-difiża u drittijiet proċedurali tat-terzi interessati"

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues, R. Abraham u S. Ramet, sussegwentement G. de Bergues, S. Ramet u E. Belliard, u fl-aħħar nett G. de Bergues, E. Belliard u A-L. Vendrolini, aġenti); u France Télécom SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Gosset-Grainville u L. Godfroid, sussegwentement L. Godfroid, S. Hautbourg u M. van der Woude, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u J. Buendía Sierra, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/709/KE, tat-2 ta' Awwissu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur France Télécom (ĠU 2005, L 269, p. 30).

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Ir-Repubblika Franċiża u France Télécom SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 19, 22.1.2005