Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fid-9 ta' Ottubru 2008 - Société Solgar Vitamin's France, Valorimer SARL, Christian Fenioux, L'Arbre de Vie SARL, Société Source Claire, Nord Plantes EURL, Société RCS Distribution, Société Ponroy Santé - Intervenjenti: Syndicat de la Diététique et des Compléments Alimentaires vs Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Emploi, Ministre de la Santé, de la Jeunesse et des Sports, Ministre de l'Agriculture et de la Pêche

(Kawża C-446/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Solgar Vitamin's France, Valorimer SARL, Christian Fenioux, L'Arbre de Vie SARL, Société Source Claire, Nord Plantes EURL, Société RCS Distribution, Société Ponroy Santé

Konvenuti: Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Emploi, Ministre de la Santé, de la Jeunesse et des Sports, Ministre de l'Agriculture et de la Pêche

Domandi preliminari

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-10 ta' Ġunju 2002 1, b'mod partikolari l-Artikoli 5(4) u 11(2) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li jekk fil-prinċipju huwa għall-Kummissjoni li tiddefinixxi l-livelli massimi ta' vitamini u ta' minerali preżenti fis-supplimenti tal-ikel, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jadottaw liġi fil-qasam sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att Komunitarju mitlub?

Fil-każ ta' risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

a) L-Istati Membri, huma obbligati, fl-iffissar ta' dawn il-livelli massimi, jirrispettaw il-kundizzjonijiet imposti mill-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat KE, li jibbażaw ruħhom fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, inkluż ir-rekwiżit ta' kalkolu ta' riskju ibbażat fuq informazzjoni xjentifika ġeneralment aċċettata f'settur li għadhu kkaratterizzat minn inċertezza relattiva?

b) Jista' Stat Membru jiffissa livelli massimi meta huwa impossibbli, bħal fil-każ tal-floridu, li jikkalkula bi preċiżjoni l-ammont ta' vitamini u minerali li ġejjin minn sorsi oħra tal-ikel, b'mod partikolari l-ilma tal-vit, għal kull grupp ta' konsumaturi u fuq bażi ta' territorju b'territorju? Jista', f'dan il-każ, jiffissa livell żero fejn huwa magħruf li hemm riskji, mingħajr il-bżonn li jirrikorru għall-proċedura ta' sigurtà prevista fl-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-10 ta' Ġunju 2002?

c) Fl-iffissar ta' livelli massimi, jekk huwa possibbli li jittieħdu in kunsiderazzjoni gradi differenti ta' sensittività ta' gruppi differenti ta' konsumaturi skont l-Artikolu 5(1)(a) tad-direttiva, Stat Membru jista' wkoll jibbaża ruħu fuq il-fatt li miżura ntiża biss għall-pubbliku partikolarment espost għar-riskju, pereżempju ittikkettjar xieraq, tista' jiddiswadi dan il-grupp milli jirrikorri għal nutrijent li jkun ta' benefiċċju għalih f'doża żgħira? It-teħid inkunsiderazzjoni ta' din id-differenza ta' sensittività tista' tirriżulta fl-applikazzjoni lill-poplu kollu tal-livell massimu xieraq għal pubbliku sensittiv, b'mod partikolari t-tfal?

d) Safejn jistgħu jiġu ffissati livelli massimi fin-nuqqas ta' livelli ta' sigurtà fil-każ fejn mhemm l-ebda perikolu għas-saħħa? B'mod iktar ġenerali, safejn u f'liema kundizzjonijiet l-ikkunsidrar ta' kriterji li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni jista' jwassal sabiex jiġu ffissati livelli massimi li huma inqas b'mod sinjifikattiv mil-livelli ta' sigurtà aċċettati għal dawn in-nutrijenti?

____________

1 - Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta' Ġunju 2002, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, p. 51)