Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Mejju 2011 - CheapFlights International Ltd vs UASI - Cheapflights (Cheapflights b'ajruplan iswed)

(Kawża T-461/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cheapflights b'ajruplan iswed - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CheapFlights - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CheapFlights International Ltd (Ballybofey, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cheapflights Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta' Awwissu 2009 (Każ R 1607/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn CheapFlights International Ltd u Cheapflights Ltd.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-31 ta' Awwissu 2009 (Każ R 1607/2007-4) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI u Cheapflights Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn CheapFlights International Ltd fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1 - ĠU C 24, 30.01.2010.