Language of document : ECLI:EU:T:2011:199





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 – CheapFlights International vs UASI – Cheapflights (Cheapflights b’ajruplan iswed)

(Kawża T-461/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cheapflights b’ajruplan iswed – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti CheapFlights – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 35, 36)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1607/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CheapFlights International Ltd u Cheapflights Ltd.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Cheapflights Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva Cheapflights b’ajruplan iswed għal servizzi fil-klassijiet 38, 39 u 41 sa 44

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

CheapFlights International Ltd

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni bħala trade mark Irlandiża tas-sinjal figurattiv bil-kulur CheapFlights għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 38, 39 u 41 sa 44; applikazzjoni għat-trade mark verbali Irlandiża CHEAPFLIGHTS għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 43; reġistrazzjoni bħala trade mark Irlandiża tat-trade mark verbali CHEAPFLIGHTS għal servizzi fil-klassijiet 38, 41, 42 u 44; reġistrazzjoni bħala trade mark Irlandiża tas-sinjal figurattiv CheapFlights.ie għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 41 sa 44; reġistrazzjoni bħala trade mark internazzjonali tas-sinjal figurattiv CheapFlights għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 39 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni kkontestata annullata u l-oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-31 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1607/2007‑4), hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI u Cheapflights Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn CheapFlights International Ltd fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.