Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2013 – Bode Chemie vs UASI - Laros (sterilina)

(Kawża T-114/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva sterlina – Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti STERILLIUM u BODE Sterillium – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bode Chemie GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laros Srl (Cremona, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2423/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bode chemie GmbH u Laros Srl.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bode Chemie GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Laros Srl għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1 ĠU C 165, 09.06.2012