Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Kaddour vs Il-Kunsill

(Kawża T-461/16) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Użu ħażin ta’ poter – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata – Ksur tal-Artikolu 266 TFUE – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Drittijiet fundamentali – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Khaled Kaddour (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: V. Davies u V. Wilkinson, solicitors, u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bauerschmidt u G. Étienne, sussegwentement J. Bauerschmidt u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840 tas-27 ta’ Mejju 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 30), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Khaled Kaddour huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 383, 17.10.2016.