Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2014 – Daimler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-128/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Arhold, B. Schirmer u N. Wimmer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-13 ta’ Diċembru 2013 - SG.B.5/MF/rc - sg.dsg1.b.5(2013) 3963453 - GESTDEM 2013/4643;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-rikorrenti għal aċċess għal dokumenti marbuta mal-proċedura skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2007/46/KE 1 fil-kuntest tar-rifjut mir-Repubblika Franċiża li tirreġistra ċerti vetturi tar-rikorrenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

Ksur tad-dritt ta’ aċċess għal fajl

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball meta rrifjutat it-talba ta’ aċċess għall-fajl skont l-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Hija ssostni li hija tinsab direttament u individwalment ikkonċernata mill-proċedura skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2007/46. Bħala tali, id-dritt tagħha ta’ aċċess għall-fajl rilevanti għaliha jikkostitwixxi prerekwiżit neċessarju għall-eżerċizzju effettiv tad-dritt fundamentali tagħha għal smigħ xieraq.

Ksur tad-dritt tar-rikorrenti skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus 2

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti tallega ksur tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 3 . Id-dokumenti li għalihom ir-rikorrenti titlob aċċess jirrigwardaw informazzjoni ambjentali. Ebda raġunijiet ta’ dritt u ta’ fatt ma jistgħu jingħataw għal rifjut minħabba protezzjoni ta’ investigazzjonijiet pendenti u, b’mod partikolari, tali rifjut huwa prekluż mir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

Ksur tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti skont l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 15(3) TFUE u r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 4

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 u b’hekk l-Artikolu 15(3) TFUE u l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li hija għandha dritt ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba minnha u r-raġunijiet ta’ esklużjoni għar-rifjut tal-aċċess ma ġewx issodisfatti.F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, bi ksur tad-dmirijiet tagħha, naqset milli tagħmel evalwazzjoni individwali u konkreta tad-dokumenti mitluba u bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq eċċezzjoni ġenerali. Barra minn hekk, jirriżulta interess pubbliku superjuri fl-iżvelar tad-dokumenti. Bi ksur tad-dmirijiet tagħha, il-Kummissjoni naqset milli tikkonstata dan. Il-Kummissjoni naqset milli tagħmel l-investigazzjoni neċessarja skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 u rreferiet b’mod ġenerali għall-ħarsien tal-iskop tal-investigazzjonijiet.Ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni EwropeaF’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma bbażatx b’mod suf

fiċjenti d-deċiżjoni tagħha skont ir-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

____________

____________

1 Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, p. 1). Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiż

jonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998. Regolament (KE) Nru

 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-

Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13). Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (