Language of document :

Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2014 minn Carlos Andres u 150 appellant ieħor mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-15/10, Andreas et vs BĊE

(Kawża T-129/14 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Carlos Andres (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) u 150 appellant ieħor (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Appellat: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża F-15/10;

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fl-ewwel istanza u, għaldaqstant,

tannulla d-dikjarazzjonijiet tas-salarju ta’ Ġunju 2009 sa fejn dawn id-dikjarazzjonijiet jikkostitwixxu l-ewwel implementazzjoni, fil-konfront tal-appellanti, tar-riforma tal-iskema ta’ pensjonijiet deċiża mill-Kunsill Regolatorju fl-4 ta’ Mejju 2009, u tannulla, fl-istess sens, id-dikjarazzjonijiet tas-salarju sussegwenti kollha kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni futuri;

sa fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjonijiet li jiċħdu t-talbiet għal eżami mill-ġdid (“administrative review”) u l-ilmenti interni (“grievance procedure”), deċiżjonijiet tat-28 ta’ Awwissu u tas-17 ta’ Diċembru 2009, rispettivament;

għaldaqstant,

tikkundanna lill-appellat iħallas id-differenza fir-remunerazzjoni u fil-pensjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq tal-Kunsill Regolatorju tal-4 ta’ Mejju 2009 meta mqabbla mal-iskema ta’ pensjoni preċedenti; din id-differenza fir-remunerazzjoni u fil-pensjoni għandha tiżdied bl-interessi moratorji li jiddekorru mill-15 ta’ Ġunju 2009 u, sussegwentement, fil-15 ta’ kull xahar, sakemm jitħallsu kompletament, interessi li għandhom ikunu ffissati bir-rata tal-BĊE miżjuda bi 3 punti,

tikkundanna lill-appellat iħallas id-danni mġarrba minħabba t-telf tal-kapaċità ta’ xiri, dannu li għandu jiġi evalwat ex aequo et bono, u fuq bażi provviżorja, bir-rata ta’ 1 % tar-remunerzzjoni ta’ kull xahar ta’ kull rikorrent;

tikkundannta lill-BĊE għall-ispejjeż kollha;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tmien aggravji.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6.8 tal-Anness III tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg, ksur tal-prinċipji ta’ legalità u ta’ ċertezza legali u ksur tal-Artikolu 35(1)(e) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-kompetenzi tal-Kumitat ta’ Sorveljanza, ksur tal-Anness III tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u tal-mandat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza, u ksur tal-prinċipju ta’ bona fides.It-tielet aggravju, ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal u tal-Kumitat ta’ Sorveljanza, ksur tal-prinċipju ta’ bona fides, ksur tal-Artikoli 45 u 46 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg, ksur tal-Protokoll ta’ ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Bord Eżekuttiv u l-Kumitat tal-Persunal tal-BĊE, ksur tal-Anness III tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u tal-mandat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza, u żnaturament tal-proċess.Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artiolu 6.3 tal-pjan tal-pensjoni, ksur tal-istħarriġ tal-motivi tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Mejju 2009, żnaturament tal-proċess u ksur tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.Il-ħames aggravju, ibbażat fuq ksur tal-istħarriġ tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni u żnaturament tal-proċess.Is-sitt aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, żnaturament tal-proċess u ksur tal-provi.Is-seba’ aggravju, ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tan-natura differenti ta’ relazzjoni ta’ impjieg kuntrattwali u relazzjoni ta’ impjieg irr

egolata minn regolamenti tal-persunal, ksur tal-kundizzjonijiet fundamentali tar-relazzjoni ta’ impjieg u ksur tad-Direttiva 91/533  .It-tmien aggravju, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet kweżiti.

____________

____________

1 Direttiva tal