Language of document : ECLI:EU:T:2012:116





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2012 —
Comité de défense de la viticulture charentaise vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-192/07)

“Kompetizzjoni — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment — Nuqqas ta’ interess Komunitarju — Portata tal-ilment — Kompetenza tal-awtur tal-att — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 28)

2.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Eżami tal-ilmenti — Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess Komunitarju fl-istruttorja ta’ kawża — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Limiti — Stħarriġ ġudizzjarju (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 65-67, 80, 105)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe (2007) D/202076, tat-3 ta’ April 2007, li tiċħad l-ilment fil-każ li jġib miegħu ir-referenza COMP/38863/B2-MODEF relatat ma’ ksur tat-Trattat KE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Comité de défense de la viticulture charentaise għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.