Rikors ippreżentat fil-5 ta' Novembru 2010 - Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio vs UASI - Weinkellerei Lenz Moser (SERVO SUO)
(Kawża T-525/10)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio (Refrontolo, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa u P. Massa, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Weinkellerei Lenz Moser AG (Linz, l-Awstrija)
Talbiet tar-rikorrenti
tibdel u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "SERVO SUO" (Applikazzjoni Nru 5.798.244), għal prodotti fil-klassi 33.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Weinkellerei Lenz Moser Aktiengesellschaft.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Komunitarja "SERVUS" (Nru 579.193), Trade marks figurattivi internazzjoni li fihom l-element verbali "SERVU" (Nru 580.447A u 844.793) u t-trade mark verbali internazzjonali "SERVUS" (Nru 727.131), għal prodotti fil-klassi 33.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.
____________