Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2013 – Lidl Stiftung vs UASI – Horno del Espinar (Castello)

(Kawża T-715/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Horno del Espinar, SL (El Espinar, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Ottubru 2013 mogħtija fil-Każ R 2338/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “Castello” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 819 941

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja Nru 4 199 907 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30, 35 u 39 u trade marks Spanjoli għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30, 35 u 39

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 75, 79 u 81(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.