Language of document : ECLI:EU:T:2013:148





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Marzu 2013 — Bottega Veneta International vs UASI (Forma ta’ basket tan-nisa)

(Kawża T‑409/10)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ basket tan-nisa — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ element kostituttiv tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni — Regola Nru 9 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 45, 46)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark tridimensjonali li hija kkostitwita mill-forma tal-prodott — Karattru distintiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 47‑50)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Trade mark tridimensjonali li hija kkostitwita mill-forma ta’ basket tan-nisa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (3)) (ara l-punti 53, 56, 63, 64, 70, 71, 87, 89, 96‑98, 101, 102)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 74‑78)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1247/2009‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li huwa kkostitwit mill-forma ta’ basket tan-nisa bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bottega Veneta International Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.