Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 - Diputación Foral de Vizcaya vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-531/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Territorio Histórico de Vizcaya - Diputación Foral de Vizcaya (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández, abogado, u M. Morales Isasi, abogada)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara n-nullità tal-ittra tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea D/53778 [COMP/H4/NM/ed D(2008)247], tat-2 ta' Ottubru 2008, li permezz tagħha qed jintalab li l-irkupru tal-imgħaxijiet, li għalihom jirreferu d-Deċiżjonijiet 2003/27/KE u 2002/806/KE, tal-11 ta' Lulju 2001 (proċess ta' ksur 2007/2215) għandu jitwettaq billi jiġi applikat l-imgħax kompost), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-529/08 Diputación Foral de Álava vs Il-Kummissjoni.

____________