Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' April 2010 - Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni

(Kawża magħquda T-529/08 sa T-531/08) 1

"Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Vantaġġi fiskali - Irkupru ta' għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali - Applikazzjoni tas-sistema tal-interessi komposti - Att konfermattiv - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava (Spanja) (Kawża T-529/08); Territorio Histórico de Guipúzcoa - Diputación Foral de Guipúzcoa (Spanja) (Kawża T-530/08); u Territorio Histórico de Vizcaya - Diputación Foral de Vizcaya (Spanja) (Kawża T-531/08) (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Urraca Caviedes, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-2 ta' Ottubru 2008, li tindika lir-rikorrenti li għandhom jiġu applikati l-interessi komposti fil-kuntest tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/820/KE, 2002/894/KE u 2003/27/KE, tal-11 ta' Lulju 2001, dwar l-iskema ta' għajnuna mill-Istat implemementata minn Spanja favur impriżi fil-provinċji ta' Álava, ta' Guipúzcoa u ta' Vizcaya rispettivament fil-forma ta' kreditu ta' taxxa ta' 45 % tal-investimenti (ĠU 2002, L 296, p. 1, ĠU 2002, L 314, p. 26, u ĠU 2003, L 17, p. 1 rispettivament) u mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/892/KE, 2002/540/KE u 2002/806/KE, tal-11 ta' Lulju 2001, dwar l-iskema ta' għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda li nħolqu fil-provinċji ta' Álava, ta' Guipúzcoa u ta' Vizcaya rispettivament (ĠU 2002, L 314, p. 1, ĠU 2002, L 174, p. 31, u ĠU 2002, L 279, p. 35 rispettivament), deċiżjonijiet ikkonfermati mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2009, Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni (T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni (T-230/01 sa T-232/01 u T-267/01 sa T-269/01, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava; Territorio Histórico de Guipúzcoa - Diputación Foral de Guipúzcoa u Territorio Histórico de Vizcaya - Diputación Foral de Vizcaya għandhom kull wieħed minnhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 32, 07.02.2009.