Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Lulju 2011 - Hand Held Products vs UASI  Orange Brand Services (DOLPHIN)

(Kawża T-361/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hand Held Products, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Güell Serra u M. Curell Aguilà, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Orange Brand Services Ltd (Bristol, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' April 2011 fil-Każ R 1443/2010-1 u tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5046231; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "DOLPHIN" għal, fost l-oħrajn, prodotti fil-klassi 9 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5046231

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 936229 tat-trade mark verbali "DOLPHIN" għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jagħmel analiżi globali tal-fatturi rilevanti iżda sempliċement ċaħad l-oppożizzjoni abbażi tal-fatt li l-prodotti kienu differenti, billi stabbilixxa differenzi minimi bejniethom, u mingħajr ma ta importanza biżżejjed, waqt l-analiżi komparattiva, lill-identità tas-sinjali "DOLPHIN".

____________