Language of document : ECLI:EU:T:2013:162





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ April 2013 — Fercal vs UASI — Parfums Rochas (PATRIZIA ROCHA)

(Kawża T‑360/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PATRIZIA ROCHA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ROCHAS — Reġistrazzjoni rrifjutata mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni — Inammissibbiltà tal-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Terminu u forma tar-rikors — Preżentata fit-termini ta’ nota li tesponi l-motivi — Kundizzjoni ta’ ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 60; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 49(1) (ara l-punti 24-29)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 taʼ April 2011 (Każ R 2355/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Parfums Rochas SAS u Fercal – Consultadoria e Serviços, Lda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fercal – Consultadoria e Serviços, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.