Language of document :

Appell ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2022 minn Hochmann Marketing GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fid-29 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-337/20 – Hochmann Marketing GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-575/22 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Hochmann Marketing GmbH (rappreżentant: J. Jennings, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-10 ta’ Ottubru 2022, il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ċaħad l-appell bħala inammissibbli u ddeċieda li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________