Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2010 - Ecologistas en Acción-CODA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-359/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ecologistas en Acción-CODA (rappreżentant: J. Ramos Segarra, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, tat-30 ta' Ġunju 2010, li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti fil-proċedura GESTDEM 2010/957 u li tikkonferma d-dritt tal-konvenuti li jirċievu l-informazzjoni mitluba.

ittra tas-7 ta' Jannar 2010 tas-Servicio de Asesoramiento Urbanístico tal-"Ajuntament de Valencia".

informazzjoni tas-17 ta' Jannar 2010 mibgħuta mill-awtoritajiet Spanjoli dwar is-sitwazzjoni fil-Każ EU-PILOT 724/09/2ENVI.

ittra tal-21 ta' Jannar 2010 tal-"Generalität Valenciana" - Dirección General de Gestión del Medio Natural.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-assoċjazzjoni rikorrenti f'din il-kawża tikkontesta d-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħha għal aċċess għal ċerti dokumenti prodotti minn Spanja fil-kuntest tal-investigazzjoni dwar il-fajl EU-PILOT-ENVI 72409, li għandu bħala suġġett it-twettiq tal-Pjan Plan Especial de Protección y de Reforma Interior (PRPRI) (Pjan speċjali ta' protezzjoni u ta' riforma interna) tad-distrett ta' Cabanyal tal-belt ta' Valencia, approvat mill-Ayuntamiento de Valencia u l-Generalidad valenciana.

Insosten tat-talbiet tagħha r-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 3, 4 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 1.

F'dan ir-rigward ir-rikorrenti tiddikjara li, bil-kontra ta' dak li ssostni l-Kummissjoni, ma jeżistux proċeduri legali interni li huma marbuta b'mod ċar mal-proċedura miftuħa mill-Kummissjoni. Il-proċeduri legali li għalihom tirreferi l-konvenuta huma bbażati fuq ksur ta' regoli interni li f'kull każ la jirregolaw l-ambjent u lanqas ma jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-evalwazzjoni tal-impatt ambjentali.

Ir-rikorrenti tqis ukoll li, f'kull każ, l-iżvelar tal-informazzjoni mitluba ma jistax ikun ta' ħsara għall-protezzjoni tal-ambjent li hija s-suġġett tal-imsemmija informazzjoni.

____________

1 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).