Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI

(Kawża F-9/14) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni għall-2012 – Illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenuta: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

It-talba, minn naħa, li jiġi annullat ir-rapport ta’ evalwazzjoni tas-servizzi tar-rikorrent għall-2012, fil-partijiet tiegħu “valutazzjoni”, “evalwazzjoni” u “iffissar tal-għanijiet għall-2013”, u sa fejn huwa ma ġiex propost għall-promozzjoni għall-funzjoni D sussegwentement, li tiġi annullata jew iddikjarata mhux applikabbli n-nota lill-persunal Nru°722 tal-5 ta’ Diċembru 2012 kif ukoll il-gwida tal-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-persunal 2012, u, min-naħa l-oħra, li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ fastidju psikoloġiku kontra tiegħu. Fl-aħħar nett, it-talba li l-BEI jiġi kkundannat għall-ħlas għad-danni morali u materjali mġarrba.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli tal-Bank Ewropew tal-Investiment tat-23 ta’ Ottubru 2013 hija annullata.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għall-2012 u tal-atti kollha konnessi, konsegwenti u anteċedenti.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż ta’ C. De Nicola.

____________

1 ĠU C 212, 7.7.2014, p. 44.