Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2008 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-275/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C (2008) 1709 Finali tat-30 ta' April 2008 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' ċerti aġenziji ta' ħlas fil-Ġermanja, fl-Italja u fis-Slovakkja dwar l-infiq iffinanzjat mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) għas-sena finanzjarja 2006, sa fejn tikkalkola l-imgħaxijiet fuq is-somom li għandhom jitħallsu mill-Istat Taljan skond l-Artikolu 12(5) tar_Regolament (KE) Nru 1290/05, u b'mod partikolari fil-parti fejn tagħti l-ammont ta' l-imgħaxijiet, b'dekorrenza mid-data tal-ħlas ta' l-ammont dovut, fuq is-somom li ma jkunux ġew irkuprati fi żmien tmien snin mid-data ta' l-ewwel verbal amministrattiv jew ġudizzjarju u li jkunu pendenti proċeduri ġudizzjarji quddiem il-qrati nazzjonali, li minnhom 50 % għandhom jitħallsu mill-Istat membru, u 50 % mill-baġit komunitarju.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża 274/08, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni.

____________