Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-441/13) 1

(“Rikors għal annullament – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet għad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt ta’ proprjetà – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata – Proporzjonalità – Awtorità ta’ res judicata – Terminu għar-rikors – Ammissibbiltà – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eyad Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: G. Étienne u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, li tirrigwarda miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda lir-rikorrent.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.E. Eyad Makhlouf huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 325, 9.11.2013.