Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 - Agrar-Invest-Tatschl vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-51/07)

(Irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni - Zokkor mill-Kroazja - Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Avviż għall-importaturi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali - Bona fide)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Agrar-Invest-Tatschl GmbH (St. Andrä im Lavanttal, l-Awstrija) (rappreżentanti: U. Schrömbges u O. Wenzlaff, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u S. Schønberg, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5789 finali, tal-4 ta' Diċembru 2006.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Agrar-Invest-Tatschl GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 95, 28.4.2007.