Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Frar 2011 - Nath Kalsi vs UASI - American Clothing Associates (RIDGE WOOD)

(Kawża T-80/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dwarka Nath Kalsi u Ajit Nath Kalsi (Agra, l-Indja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: American Clothing Associates NV (Evergem, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta' Novembru 2010 fil-Każ R 599/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "RIDGE WOOD", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 24 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: American Clothing Associates NV

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "RIVER WOODS" u trade mark figurattivi li jinkludu l-element verbali "RIVER WOODS" u "River Woods", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 40

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 minħabba li ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti; ksur tal-Artikolu 15(1) u tal-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 minħabba li ma ġewx prodotti provi dwar l-użu tat-trade marks preċedenti, kif ukoll ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 minħabba li l-fatti invokati minn American Clothing Associates ma humiex suffiċjenti sabiex jissostanzjaw l-eżistenza ta' reputazzjoni fis-sens ta' dan l-artikolu.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).